L-aħħar li dħalt il-Belt sibt arloġġ enormi jilqagħni, jgħoddli l-ġranet għad-daħla tal-Ewro f’pajjiżna. Fuq il-websajt interna tax-xogħol l-istess. Illum fakkritni jew aħjar avżatni li baqa’ erbgħa u tletin jum biss. U ma’ dan in-numri jien dejjem inżid numru ieħor. Għax l-għada se nitlaq, u din id-darba se noħroġ mill-Ewropa. U se naqsam il-kontinenti, u sebgħa u għoxrin siegħa wara li l-ajruplan jgħolli r-roti mill-mitjar ta’ Ħal Luqa, ajruplan ieħor għandu jniżżilni Melbourne. U din id-darba mhux mawra qasira ta’ ġimgħa jew tnejn, imma għal kwart ta’ sena.
Se nitlaq ftit il-kenn u l-kumdita tad-dar. Se niftaħ ftit ġwienħajja u nara orrizzonti oħra, u min jaf niġix lura liebes nuċċali xi ftit differenti minn ta’ issa. U se ngħaddi minn sajf ieħor bħal li kieku li għadda ma kienx biżżejjed. U se jkolli aktar ħin għalija u min jaf x’se niskopri fija nnifsi aktar milli skoprejt s’issa. Se nibda ngħix tmien siegħat qabel il-ħajja tal-lum, kieku bħalissa per eżempju x’aktar rieqed qiegħed.
U min jaf nibdiex nħoss nostalġija għal xi mument bħal dan, x’se nħoss meta forsi nara xi bandiera bajda u ħamra tperper, u jekk jkollna l-elezzjoni waqt li jien nkun hemm hux se nqum fil-għodu niċċekja kif marru l-affarijiet.
U r-rutina se nkissirha għall-ewwel darba fi tmien snin u min jaf moħħi u ġismi kif se jilqa’ din il-bidla.
U sa dakinhar nipprepara xi ftit dettalji ‘l hemm u ‘l hawn. Il-kbir sar issa.

3 comments:
Xi vjaġġ dak xbin. Se tibdiha tajjeb is-sena...u għal 3 xhur! Se jkollok x'tikteb!
Iftaħ ġwinħajk kemm trid sieħeb, iżda tinsiex ilsien pajjiżek kif jagħmlu t'hemm isfel ta!! Ħu gost kemm tiflaħ.
Ħallu f'idi, mhux se ngħawweġ Ingliż artifiċjali ;)
Post a Comment