Ix-xemx. Mhux tiżreġ.
Ħanina imma tfakkrek li qiegħda hemm.
Mingħajr wisq għajjat. Bħal alarm
tad-dar, li taf li qiegħed hemm anke jekk hawn skiet perfett. Komma twila tinfelaħ jekk il-qosra għadek m’għaddejthomx. Ir-raġġi kajmani biżżejjed biex iġġegħlek
titibissem mingħajr ma tħeddlek.
Il-kaxxa tal-ġelati nħarġet barra bħal kif ħafna ħarġu bin-nuċċali skur
xorta waħda għad li s-sajf issa suppost li għadda u mar.
It-tifel qed f’nofsha. Min hu akbar jippreferi d-dell tal-ħitan
twal, u mejda qisha tavolina fejn jista’ jpoġġi l-pinta tal-birra li swietu
tlett ewro. Imma xorta apprezza x-xemx u
ħa l-lager kiesaħ minflok tazza inbid.
Min hu akbar xorta qed jidħak.
Hux bl-effett tax-xemx jew tal-birra dik storja oħra.
It-tabella
tal-kafe, li għal waħda hemm tnejn, tidher li bħalissa qiegħda hemm bħala
tiżjina. Il-ġurnata daħlet ġmielha u
bżonn tal-kaffeina m’hemmx bżonn daqstant.
Min hu ġewwa imma għal bżonn qed jieħu.
Għax min jirrifjuta l-enerġija tax-xemx taf ikun jrid jikkumpensa b’enerġija
mod ieħor.
Jew forsi għax
l-isem tal-ħanut fakkru fl-Italja.
Għal darb'oħra grazzi lil Pawlu Mizzi għar-ritratt.
No comments:
Post a Comment