Wasal l-ajruport kmieni bħas-soltu. Meta jkun se jtir seba’ mitt sena biex jkun hemm. Kemm biex jitlaq jew biex jirritorna lejn il-bejta. Hekk. Ankè jekk il-bejta temporanja u mhux fis-siġra oriġinali. Ritwal simettriku f’ċirkustanzi opposti.Kien hemm qabel seta’ jagħmel iċ-check-in. Il-lavrant ħaseb qabel l-imgħallem. Poġġa fuq wieħed mill-ħafna siġġijiet vojta. Imma ma damx. Kellu qisu żewġ friefet fl-istonku. Ma ħallewhx bi kwietu. U issa qisu mill-istonku nfirxu ma’ ġismu kollu. Iż-żewġ friefet kienu x’aktarx koppja u pproduċew, ħarġu mill-fosdqa u fl-istonku biss ma kienx hemm spazju biżżejjed.
U dar żewġ ħwienet. Nofs kedda. Aktar iħares milli jara. U wara daħal f’ħanut tan-nuċċalijiet. ‘Sunglass Hut’. U donnu n-nuċċalijiet fakkruh f’għajnejh u s-sens tal-vista. Dar vetrina wara vetrina bil-mod. Mill-Prada mar għar-Ray-Ban. U wara għall-Oakley. Tal-ħanut baqgħet fuq it-telefon titkellem, b’lingwa ta’ kliem li għalih setgħu jkunu tgedwid. U minn banda ħa pjaċir bin-nuqqas ta’ attenzjoni. Ħallietu bi kwietu jifli bil-mod, joqtol il-ħafna ħin f’idejh mingħajr ma jinduna.
U f’salt wieħed qatgħet it-telefon u mxiet lejh. Mejlet rasha lejh u ġebbdet xufftejha.
- Jekk trid aqbad u iftaħ il-vetrina u pprova.
Staqsieha ftit parir u għażlu tnejn flimkien. Kannella u iswed. U beda jipprova quddiemha. Mhux bħal meta jixtri qalziet, jeans jew flokk għall-argument. U waqt li beda jipprova staqsietu fejn sejra u li hi mill-Malasja. Qiegħda tistudja bħalissa. U qalilha li sieħbu għadu kif mar hemm. U flok qaltlu liema parti kien, niżżlet kemmxejn rasha, lagħbet ftit b’xagħarha u tbissmitlu.
U wara reġgħu għas-suġġett oriġinali. Libes il-kannella. Ħares lejha u wara lejn il-mera. Irripeta r-ritwal fi ftit aktar sekondi fit-tul bl-iswed. U għażel li qaltlu hi. U għaddietulu bla dazju.
U wara reġgħu għas-suġġett oriġinali. Libes il-kannella. Ħares lejha u wara lejn il-mera. Irripeta r-ritwal fi ftit aktar sekondi fit-tul bl-iswed. U għażel li qaltlu hi. U għaddietulu bla dazju.
- Tgħid lil ħadd imma.
Ehmiżha u ħmar.
U waqt li bdiet tgħaddilu l-kard, tkompliet il-konversazzjoni. In-nuċċali tpoġġa fil-ġenb u t-transazzjoni tħalliet tgħaddi waħedha. U waqt li t-tnejn bla nuċċali mdawrin bin-nuċċalijiet ħarsu f’għajnejn xulxin. Bħal żewġ qnienpen bla lsien jħabbtu żaqq ma’ żaqq biex jagħmlu ħoss.
Iċ-check-in fetaħ u fl-aħħar kellu tifkira tal-belt li żar.

1 comments:
Welcome to enter (wow gold) and (wow power leveling) trading site, (Rolex) are cheap, (World of Warcraft gold) credibility Very good! Quickly into the next single! Key words directly to the website click on transactions!
Post a Comment