Filgħodu. Mort għand tax-xagħar. Poġġejt bil-qiegħda fuq is-sufan. Kien hemm erba’ rivisti. Kienu antiki.
Kien hemm ħafna tpaċpiċ. Kien fuq
stejjer li ilni naf bihom. L-istess
bħall-istejjer fuq ir-rivisti. Cheryl
Cole tal-Girls Aloud m’għadiex ma’ Ashley Cole skont il-Hello. Skont ta’ ħdejja, das-sajf mhux daqshekk
qalil.
Domt hemm. Is-soltu.
Il-kafè li darba kienet toffri m’għadiex toffrieh. Ma jidhirlix li għola minn dak iż-żmien ‘l
hawn. Naħseb aktar kwistjoni ta’ ħela
ta’ ħin biex tagħmlu. Difrejja bħalissa
foloz u ma kelliex x’ingerrem. Infaħt
bil-pulit.
Imma għallinqas
żebgħatli xagħri sew, kif xtaqt. L-iswed
ħareġ ħafna u meta ħarist lejn il-mera ħadt pjaċir b’li rajt. Meta ħarist biċ-ċiera lejn il-mera x-xagħar
ħareġ l-effett li ridt aktar. Dik ta’ Lara
Croft.
Filgħaxija. Ġejna sal-baħar. Ma nistax ngħum. Jekk ngħum nimla l-baħar bl-iswed, bħal
qarnita li għada kif qalgħet daqqa ta’ ganċ minn bugħaddas. L-għarus iħobb jistad. Dejjem iġib aktar minn qasba waħda. Dejjem ingerger fuq hekk. Imma llum tani għal waħda. Tani li nistad. U li s-soltu jkun żejjed illum ġie ta’
użu. Poġġejt is-siġġu ftit ‘il bogħod
minnu għax hu ħdejh iżomm il-ġobon tal-ħut u jdejjaqni.
Imma qiegħda
ninnutah. Qed iwaddab qrib ix-xlief
tiegħi xorta. Qgħadt ‘il bogħod minnu ma
ħax għalih.
Hawnhekk
għallinqas m’hawnx wisq nies. U min
hawn, mhux min jafni. Kieku naħseb nistħi
ftit. M’hawnx paroli bħal għand
tax-xagħar. M’hawnx rivisti lanqas. Lanqas mirja.
Imma l-baħar ċar
biżżejjed biex nara persunti fih u nimmaġina li rrid kif qiegħda nidher.
Il-qasba tidher
qisha lanza.
Għal darb'oħra grazzi lil Pawlu Mizzi għar-ritratt li inspiraw dawn l-erba' kelmiet.